Il-Park tal-Majjistral, li jifforma parti min-network ta’ żoni protetti ta’ NATURA 2000, huwa amministrat mill-Federazzjoni tal-Parks tal-Patrimonju (Heritage Parks Federation) bl-appoġġ ta’ Ambjent Malta. Il-funzjonijiet primarji tal-park huma r-restawr tal-ħabitat, il-propagazzjoni tal-ispeċi, it-tħawwil u l-konservazzjoni ta’ assi tradizzjonali bħall-ħitan tas-sejjieħ.