Skip to main content

Dwarna

Ambjent Malta — Il-Protezzjoni tal-Kapital Naturali ta' Malta

Dwarna

Dwar Ambjent Malta

Id-Dipartiment ta’ Ambjent Malta, imwaqqaf fl-2018, huwa responsabbli għall-preservazzjoni u t-titjib tal-kapital naturali u l-bijodiversità ta’ Malta fil-pajsaġġi rurali, urbani, kostali u tal-baħar. Ambjent Malta huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika u miżuri ta’ restawr tal-ħabitats għall-manutenzjoni u r-restawr ta’ żoni naturali u siti protetti, inklużi żoni li jagħmlu parti min-network ta’ Natura 2000.

Flimkien ma’ entitajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra li għandhom interess fil-kapital naturali ta’ Malta, Ambjent Malta implimenta bosta proġetti ambjentali, fosthom l-installazzjoni ta’ ħitan ħodor f’żoni urbani, it-tneħħija ta’ pjanti invażivi u mhux indiġeni, it-tħawwil ta’ aktar minn 60,000 speċi indiġena madwar il-Gżejjer kollha, proġetti ta’ tfassil tal-pajsaġġ, u l-ġestjoni ta’ żoni protetti.

Ambjent Malta qed jimplimenta wkoll skemi biex iżid il-kopertura tas-siġar ta’ Malta u jippromwovi l-għarfien ambjentali, inkluż l-iskema ta’ sponsorizzazzjoni 34U u t-tħawwil ta’ siġra jew arbuxell indiġenu għal kull twelid.

Il-Missjoni Tagħna

  • Nipproteġu u ntejbu l-kapital naturali ta’ Malta
  • Nippreservaw u ntejbu l-bijodiversità ta’ Malta
  • Intejbu l-funzjonament tal-ekosistema u l-għoti ta’ servizzi vitali għall-benesseri tas-soċjetà
  • Nimplimentaw il-pjanijiet, il-politiki u l-programmi tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)
  • Nimmaniġġjaw żoni protetti inklużi s-siti Natura 2000 terrestri u marittimi
  • Nipprovdu faċilitajiet ekoloġiċi ta’ rikreazzjoni għall-pubbliku ġenerali
  • Inxerrdu l-għarfien dwar l-ambjent

Struttura Organizzattiva

Ambjent Malta huwa dipartiment tal-gvern fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika. L-istruttura tal-maniġment superjuri tas-Servizz Pubbliku tinkludi ħames livelli: dawk tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, tas-Segretarji Permanenti, tad-Diretturi Ġenerali/tal-Uffiċjali Kapijiet tal-Informazzjoni, tad-Diretturi u tal-Assistenti Diretturi. Hawn taħt tinsab l-istruttura organizzattiva tad-dipartiment tagħna.

Direttur Ġenerali

Herman Galea

Id-Direttorat Ambjent Malta

Ara l-Profil →

Direttorat tal-Iżvilupp tan-Negozju

Direttur: Francis Farrugia

Tgħallem Iktar →

Id-Direttorat tal-Proġetti Ambjentali

Direttriċi: Josianne Muscat

Tgħallem Iktar →

Id-Direttorat tal-Għarfien u s-Sensibilizzazzjoni dwar l-Ambjent

Direttur: Paul Debono

Tgħallem Iktar →
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.