Restawr tal-Ħabitats – Kemmuna
Restawr tal-Ħabitats – Kemmuna
Ambjent Malta hija ddedikata għall-preservazzjoni u t-titjib tas-sbuħija naturali ta’ Kemmuna permezz ta’ inizjattivi ambjentali mmirati. L-isforzi tagħna jinkludu t-tneħħija ta’ speċi aljeni invażivi bħall-Akaċja (Acacia saligna), ix-Xumakk falz (Ailanthus altissima), u l-Bajtar tax-Xewk (Opuntia ficus-indica), li jheddu l-ekosistemi lokali. Minflokhom, qed inħawlu varjetà ta’ siġar u arbuxelli indiġeni, nippromwovu l-bijodiversità u nirrestawraw il-flora indiġena tal-gżira filwaqt li noħolqu kurituri naturali għall-fawna. Dawn l-azzjonijiet huma kruċjali biex jinżamm il-bilanċ ekoloġiku ta’ Kemmuna u jiġi żgurat ambjent b’saħħtu kemm għall-organiżmi selvaġġi kif ukoll għall-viżitaturi.