Id-Direttorat Business Development
Id-Direttorat Business Development
Dan id-direttorat huwa inkarigat mill-amministrazzjoni finanzjarja ta’ Ambjent Malta inklużi l-pjanijiet operattivi u l-finanzjament tagħhom. Dan jinkludi s-sezzjonijiet tax-xiri (Procurement), iż-żamma tal-kontijiet pubbliċi (Accounts), il-monitoraġġ tal-estimi finanzjarji (Finance) u l- maħżen ċentrali tad-dipartiment (Stores). Jingħata appoġġ lid- Direttorat tal-Proġetti Ambjentali minn diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħt dan id-direttorat inklużi, servizzi ta’ mastrudaxxi, ħaddieda, bennejja, mekkaniks, sewwieqa ta’ makkinarju tqil, sezzjonijiet tal-manutenzjoni, trasport u l-makkinarju kollu.