Ambjent Malta tmexxi l-isforzi tal-gvern għall-afforestazzjoni, ir-restawr tal-ħabitats, u l-infrastruttura ħadra. Id-dipartiment iħawwel għexieren ta’ eluf ta’ siġar u arbuxelli indiġeni kull sena madwar il-gżejjer, b’fokus fuq siti ewlenin bħall-Park Naturali tal-Majjistral, Kemmuna, l-Aħrax ta’ Ġewwa, u l-Miżieb.
Biex jiġi żgurat tkabbir b’suċċess u sostenibbiltà fit-tul, Ambjent Malta tgħaqqad il-kampanji ta’ tħawwil ewlenin kollha ma’ sistemi ta’ irrigazzjoni installati u monitoraġġ mifrux fuq diversi snin.