Proġetti ta’ Ekoloġizzazzjoni Urbana għall-Kunsilli Lokali
Proġetti ta’ Ekoloġizzazzjoni Urbana għall-Kunsilli Lokali
L-ekoloġizzazzjoni urbana hija definita bħala proġetti tal-pajsaġġ pubbliku u l-ambjent urban li joħolqu relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku bejn l-abitanti tal-bliet u l-ambjenti tagħhom. L-“ekoloġizzazzjoni” tal-ibliet u l-irħula twassal għal impatt pożittiv f’diversi aspetti, li jinkludu l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u akustiku, l-assorbiment tal-ilma tax-xita li altrimenti jista’ joħloq għargħar u l-ħolqien ta’ ħabitat għall-ħajja selvaġġa lokali. Ambjent Malta twettaq diversi proġetti ambjentali flimkien mal-Kunsilli Lokali sabiex iżżid l-għarfien u ttejjeb l-infrastruttura ekoloġika f’żoni urbanizzati.