Ħarsa Ġenerali
Tree4U hija inizjattiva minn Ambjent Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija, u l-Indafa Pubblika, sabiex tiżdied il-bijodiversità tal-pjanti fil-gżejjer tagħna permezz tal-isponsorizzar tas-siġar u l-arbuxelli minn membri tal-pubbliku, gruppi organizzati, kif ukoll entitajiet privati u pubbliċi.
X’ser tingħata
Individwi jew korpi kummerċjali jistgħu jagħżlu li jisponsorjaw jew jagħtu siġar indiġeni tal-għażla tagħhom biex jiċċelebraw jew ifakkru avvenimenti partikulari, bħal birthdays, twelid, anniversarji, eċċ., jew sempliċiment biex jgħinu biex tittejjeb il-firxa ta’ siġar fil-gżejjer Maltin! Dawn is-siġar jistgħu jitħawlu f’postijiet li huma mmaniġġjati u miżmuma minn Ambjent Malta jew f’postijiet oħra fejn hemm xi tip ta’ ftehim bejn Ambjent Malta u entita’ pubblika oħra (bħal NGO jew skola).
L-isponsors jistgħtu jitolbu wkoll li ssir plakka kommemorattiva tal-aluminju biex titpoġġa fejn is-siġra/l-arbuxell bi ħlas extra. L-isponsors jiġu infurmati bid-data u l-ħin li ser titħawwel sabiex jekk jixtiequ jkunu jistgħu jkunu preżenti biex ikollhom l-opportunità li jkunu preżenti waqt it-tħawwil tal-pjanti sponsorjati tagħhom.
Eliġibbiltà
Il-kost sabiex tiġi sponsorjata siġra jew arbuxell huwa €12. Dan ikopri l-kost tal-pjanta kif ukoll it-tħawwil u t-tisqija.
Il-proċess tat-tħawwil jsir minn Ambjent Malta bejn Ottubru u Marzu u l-ispeċi ta’ siġar jintażlu skond il-kundizzjonijiet ambjentali taż-żona in kwistjoni. Il-kobor tal-pjanti sponsorjati jvarja minn 20 ċentimeru sa metru skont l-speċi li tintagħżel minn Ambjent Malta. It-tul jista’ jvarja bejn 20ċm u metru.
Imla l-formola online u ibgħatha.
APPLIKA
Uża l-kont tal-e-ID tiegħek biex tidħol. Jekk m’għandekx kont u xorta tixtieq tikkontribwixxi jekk jogħġbok Ikkuntattjana