Skip to main content

Iċ-Ċentru Edukattiv tal-Buskett

Iċ-Ċentru Edukattiv tal-Buskett

Iċ-Ċentru Edukattiv tal-Buskett, li fetaħ il-bibien tiegħu f’Lulju 2023, għandu l-għan ewlieni li jipprovdi edukazzjoni ambjentali, b’mod partikolari dwar il-Buskett u l-importanza tiegħu. Bħala tim, aħna noffru esperjenzi edukattivi ta’ nofs ta’ nhar ġewwa l-Buskett għal skejjel primarji u sekondarji, kif ukoll għal diversi organizzazzjonijiet u ċentri ta’ anzjanità attiva.

Nibdew permezz ta’ preżentazzjoni dwar ir-rwol ta’ Ambjent Malta, fejn niffukaw fuq diversi prinċipji ambjentali, bħal pereżempju x’inhi sostenibbiltà, l-impatti pożittivi u negattivi li l-bniedem għandu fuq l-ambjent, u ħafna aktar.

Wara dan issir mixja informattiva madwar il-Buskett, li matulha l-parteċipanti jitgħallmu dwar il-flora u l-fawna staġjonali, kif ukoll dwar l-istorja ġenerali taż-żona. L-esperjenza tinkludi wkoll iż-żrigħ ta’ żrieragħ ta’ fjuri staġjonali jew it-tħawwil ta’ siġar indiġeni fi qsari bijodegradabbli, li l-parteċipanti jistgħu jieħdu magħhom. Norganizzaw ukoll attivitajiet li jgħaqqdu lill-istudenti ma’ persuni anzjani sabiex ninkoraġġixxu komunikazzjoni bejn ġenerazzjonijiet differenti u nifhmu kif kemm l-ambjent tal-madwar kif ukoll il-Buskett innifsu nbidlu matul iż-żmien.

Dawn l-attivitajiet, li jistgħu jvarjaw skont l-istaġun u l-grupp fil-mira, jgħinu fit-trawwim ta’ sens ta’ responsabbiltà ambjentali fost kull grupp u individwu li jżurna. Il-parteċipanti huma mħeġġa japplikaw dak li jitgħallmu fiċ-ċentru fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom — pereżempju billi jifhmu kif u għaliex għandna nipproteġu dan il-masġar, li jagħmel parti min-network Natura 2000 u ambjenti naturali oħra.

Buskett Educational Hub activity
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.