Skip to main content

Ġonna Botaniċi

Ġonna Botaniċi

Il-ġonna tal-Argotti, ta’ San Filippu, tal-Mall, ta’ Sa Maison u tal-Milorda, li kollha jinsabu fil-Furjana, huma ġonna storiċi li nbnew bejn is-seklu 17 u s-seklu 19. Dawn il-ġonna huma ta’ interess storiku u botaniku kbir, minħabba d-diversi speċi ta’ pjanti li tħawlu fil-ġonna matul iż-żminijiet, il-preżenza ta’ siġar xjuħ u l-preżenza ta’ wirt prezzjuż storiku u arkitettoniku, inkluż għadd ta’ funtani. Il-ġonna huma wkoll ta’ interess militari minħabba li jinsabu mat-tul tas-swar militari li jifformaw il-linji tal-Furjana jew inkella l-glacis.

 

Flimkien mal-pinetum, dawn il-ġonna jifformaw spazju aħdar importanti, kull wieħed bis-sett ta’ kundizzjonijiet ambjentali tiegħu stess. Il-ħolqien ta’ network tal-Ġonna Botaniċi għandu jinvolvi l-interkonnessjoni ta’ dawn il-ġonna sabiex jifformaw żoni fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu japprezzaw id-diversità tal-ħajja tal-pjanti u l-ħabitats differenti li jirrappreżentaw. Kull ġnien għalhekk għandu jkun fih speċi differenti ta’ pjanti minn żoni differenti fid-dinja, biex b’hekk tinħoloq kollezzjoni botanika varjata.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur is-sit web dedikat tal-Ġonna Botaniċi ta’ Malta tagħna fuq https://maltabotanicgardens.gov.mt/mt/

National Botanic Gardens
Argotti Gardens
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.